Lokali Parlament

Il-gvern m’għandux jilleġiżla minħabba l-Kummissjoni Venezja iżda għall-ġid tal-pajjiż

  • Claudio Grech, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech qal li l-gvern m’għandux jilleġiżla minħabba l-Kummisjsoni Venezja iżda għall-ġid tal-pajjiż

Fil-parlament Claudio Grech qal li kif ġara fl-Irlanda din il-liġi qed tiddaħħal wara qtil ta’ ġurnalista li kienet tinvestiga l-ħasil tal-flus; Daphne Caruana Galizia. Dan seħħ ukoll fl-Irlanda meta fl-1996 inqatlet ġurnalista li kienet tinvestiga bħal Daphne Caruana Galizia.

Claudio Grech qak li l-gvern m’għandux jilleġiżla minħabba l-Kummissjoni Venezja iżda minħabba li l-pajjiż għandu bżonnhom u għax huma tajbin għall-pajjiż. Hu qal li l-ammont ta’ rikavat li jsir mill-awtoritajiet Maltin hu ftit wisq b’medja ta’ €40,000 fis-sena; dan lanqas biss jibda biex ikopri l-ispiża biex tamministra l-awtorità neċessarja. Dan qed jibgħat messaġġ li min kien qed jopera f’dan is-settur għandu qligħ garantit.

Din hi liġi fid-direzzjoni t-tajba u l-Oppożizzjoni se tappoġġja lill-gvern għaliex jekk xejn tissimplifika l-mod kif jinġabru l-biċċiet differenti li kienu spezzatati f’diversi liġijiet.

Id-deputat Nazzjonalista semma’ kif fil-passat Malta kienet kapaċi tikseb isem internazzjonali f’diversi setturi ta’ importanza kbira. Hu tkellem dwar ir-rapport tal-Moneyval u qal li huma biss il-Korea ta’ Fuq u l-Iran li huma fil-lista s-sewda u 14-il pajjiż fil-lista l-griża.

Għalhekk din hi leġiżlazzjoni importanti; il-lista l-griża tal-Moneyval tagħmel ħsara kbira lil Malta, sostna Claudio Grech, li kompla li jekk din il-liġi tissaħħaħ din tkun ta’ benefiċċju kbir għall-pajjiż.

Claudio Grech tkellem dwar l-introduzzjoni tal-liġi dwar il-ġid mhux spjegat u l-mod kif tista’ tinħareġ ordni fil-konfront ta’ persuni li għandhom ġid li ma jistgħux jispjegaw kif kisbuh meta jkun ikkunsidrat id-dħul tiegħu. Hu qal li l-assi konfiskati għandhom jitpoġġew għall-użu tal-vittmi jew tal-NGOs li jkunu qed jaħdmu fis-ettur.