Lokali Parlament

Illum Bernard Grech jieħu l-ġurament ta’ Membru Parlamentari

Il-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech illum jidħol fil-Parlament, hekk kif fil-bidu tas-seduta se jkun qed jieħu l-ġurament tal-ħatra bħala Membru Parlamentari.

Dan wara li l-eks Deputat Nazzjonalista Ivan J. Bartolo lbieraħ irriżenja biex is-siġġu jkun jista’ jittieħed minn Grech.

Ir-riżenja ta’ Bartolo wasslet biex il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista lbieraħ filgħaxija stess approva li għall-co-option jitressaq isem il-Kap il-ġdid tal-Partit. Dwar dan, kien hemm qbil unanimu fl-ezekuttiv.

Ivan J. Bartolo ħabbar li se jkun qed iċedi postu fil-Parlament sa minn kmieni l-Ħadd filgħodu.

Intant, il-ġurament ta’ Bernard Grech bħala Kap tal-Oppożizzjoni se jittieħed għada waranofinhar.