Lokali Qorti

Kumpens ittriplat għal €300,000 favur ċiklist li sofra minn diżabilità f’inċident tat-traffiku

Ċiklist li ġarrab ġrieħi gravi li bidlulu ħajtu mill-lejl għan-nar f’inċident tat-traffiku ingħata kumpens ta’ €306,226, f’sentenza mhux tas-soltu tal-Qorti tal-Appell li żiedet il-kumpens tiegħu bi tliet darbiet.

Silvan Farrugia ta’ 41 sena kien involut f’inċident tat-traffiku fl-2015, meta kien qed isuq ir-rota tiegħu f’Ħal Far fid-direzzjoni tiegħu lejn Birżebbuġa fejn kien ittajjar minn vettura u li spiċċat tefgħatu ‘l-bogħod diversi metri.

Farrugia kien spiċċa fil-periklu tal-mewt u sofra minn diżabilitajiet serji u permanenti. Il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili, ippreseduta mill-Imħallef Wenzu Mintoff, kienet ikkumpensat lill-vittma €93,192, wara li sab lis-sewwieq responsabbli għall-inċident, iżda Farrugia appella minħabba li ma kienx sodisfatt biċ-ċifra mogħtija.

F’diversi każijiet rari, is-sentenza fl-Appell inqalbet u żiedet id-danni mogħtija lil Farrugia, bil-Qorti tgħid li l-kumpens inizjali kien baxx wisq minħabba s-severità tal-ġrieħi tiegħu u l-impatt tagħhom fuq il-futur taż-żagħżugħ missier ta’ żewġ ulied.

Il-Qorti nnutat ukoll l-uġigħ u t-tbatija li sofriet il-vittma, l-interventi kirurġiċi u l-effett devastanti ġenerali tal-inċident fuq kull aspett ta’ ħajtu. Farrugia kien rappreżentat mill-avukati Simon Cachia u Paul Cachia.