Lokali

“Nibqa’ nservi b’lealtá biex il-PN jerġa’ jsir l-għażla naturali” – David Agius

Il-Viċi Kap tal-PN jifraħ lill-Kap il-ġdid tal-PN Bernard Grech

“Inwiegħed aktar ħidma u se nibqa’ nservi u nistinka b’energija u b’lealtà biex dan il-Partit ikun gvern alternattiv u sod għal Malta u mill-ġdid isir l-għażla naturali tal-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin.”

Sostna dan il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Affarijiet Parlamentari, David Agius, fi stqarrija fuq il-midja soċjali ta’ Facebook fejn spjega li waqt laqgħa privata li kellu mal-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, huwa feraħlu għal din il-kariga ġdida tiegħu fi ħdan il-partit u fil-pajjiż.

Huwa ddeskriva din il-laqgħa bħala waħda, “pożittiva u li tħares ’il quddiem għal aktar ħidma sfiqa flimkien għall-ġid tal-partit u tal-pajjiż.”

David Agius irringrazzja wkoll lil Ivan J. Bartolo għall-kontribut tiegħu u l-pass kuraġġuż favur l-Oppożizzjoni Nazzjonalista wara li rrezenja mill-Parlament biex jiehu postu Bernard Grech. Dan filwaqt li fil-Parlament irringrazzja wkoll lill-Kap uxxenti tal-PN Adrian Delia.

https://www.facebook.com/davidagiusmp/posts/3277872172327134?cft[0]=AZVN6ZIloy14ckEr0fgAM1_Bxhi2f486lf9u4wD_fLFJ5q0sK2RlksAxwqWPxvnFJUuE_KiRhrDQJTCrdDeqr1i59-6tdhbSEf7NbBeBcDE1M_nbnO887Ke3RjpEaeBPhKOvGgsunHkOtCMawOa6GeuyEjwkLO3yq1CXHpeIh3lKSMBX__JTHWSLoa0L4otlGCA&tn=%2CO%2CP-R