Lokali

Robert Abela jipprova jiġġustifika għaliex ma laqax lil Bernard Grech f’Kastilja

MA NARAX LI HUWA AĊĊETTABBLI LI KAP TAL-OPPOŻIZZJONI JIMPONI LILU NNIFFSU

Dalgħodu Net News staqsa lill-Prim Ministru Robert Abela dwar il-kien qed jirrferi għall-istedina tal-Kap elett tal-Partit Nazzjonalisat Bernard Grech sabiex jiltaqgħu mill-aktar fis possibbli halli jiddisukutu d-diversi sfidi li qed jiffaċċja bħalissa pajjiżna.

Wara l-kumment li għamel ilbieraħ, li Bernard Grech jidħol Kastilja biss meta jirbah elezzjoni, Robert Abela kompla jinsisti li mhux lest jilqa’ lil Grech f’Kastilja qabel ma jkun Kap tal-Oppożizzjoni. Xi ħaġa li mistennija sseħħ fi ftit sigħat.

Dan il-kumment ta’ Abela sar minkejja l-fatt li f’Kastilja fl-aħħar snin daħlu ħafna nies li ma kienux eletti mill-poplu, fosthom nies li issa huma implikati fl-assassinju ta’ ġurnalista, ewlieni fosthom il-middleman fl-assassniju, Melvin Theuma, li f’Kastilja saħansitra ħa ritratt mal-eks Chief of Staff ta’ Joseph Muscat,Keith Schembri, wara li dan taħ job fantażma, u Yorgen Fenech, implikat li kien wieħed mill-mandanti.

Staqsejna lill-Prim Ministru wkoll hux lest jiddibatti ma’ Bernard Grech. Stedina li Abela aċċetta, bl-istess tweġiba li kien tana kemm-il darba meta Net TV stiednu għal dibattitu mal-eks Kap Adrian Delia, iżda li fir-realtà qatt m’aċċetta li jagħmel.

“JIENA LEST LI NIDDIBATTI MHUX MA’ BERNARD GRECH BISS… KASTILJA HIJA TAN-NIES, TAL-POPLU MALTI U GĦAWDXI

Iżda minkejja l-kliem tal-Prim Ministru, hu mhuwiex komdu jilqa’ f’Kastilja lil Bernard Grech.