Lokali

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara inċident fil-Marsa

Sewwieq ta’ mutur minn Birkirkara kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11.30 tat-Tlieta filgħodu fi Triq il-Marsa, fil-Marsa, meta mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija jidher li għal xi raġuni seħħet ħabta bejn il-mutur misjuq mill-vittma ta’ 40 sena u vettura misjuqa minn mara ta’ 62 sena mill-Marsa stess.

Fil-post ġew msejħa immedjatament uffiċjali tal-Pulizija u tim mediku tal-ambulanza li ħa lill-Karkariż l-Isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.