Lokali

Bernard Grech jieħu l-ġurament bħala Kap tal-Oppożizzjoni

Għall-ħabta tas-1:30pm fil-Palazz tal-President f’San Anton, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech ħa l-ġurament bħala Kap tal-Oppożizzjoni.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat mill-mara tiegħu AnneMarie u t-tfal Neil u Maria. Preżenti f’isem il-PN għal dan il-ġurament kien hemm il-Viċi Kapijiet tal-partit, David Agius u Robert Arrigo.

Dan kien ġurament differenti minn tas-soltu minħabba l-pandemija tal-COVID-19 fejn apparti li sar f’post differenti mis-soltu, sar taħt regoli stretti ta’ persuni preżenti. Dan filwaqt li ttieħdu numru ta’ miżuri fosthom tal-ilbies tal-maskri.

B’hekk, il-Kap tal-PN, Bernard Grech, aktar tard illum ser ikun qed jidħol fil-Parlament ta’ Malta għat-tieni darba, iżda għall-ewwel darba bħala Kap tal-Oppożizzjoni. Dan wara li lbieraħ kien co-opted fil-Parlament bħala deputat tal-Partit Nazzjonalista wara mozzjoni li kienet sekondata mill-eks Kap tal-partit, Adrian Delia.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech iwieġeb lill-ġurnalisti wara li ħa l-ġurament