Lokali

Għalliema fil-periklu tal-mewt wara inċident f’parkeġġ

Rita Catania ta’ 57 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajret f’garaxx fin-Naxxar.

L-inċident seħħ nhar id-29 ta’ Settembru fit-08:00am fi Triq il-Bużjett in-Naxxar meta l-mara li toqgħod in-Naxxar intlaqtet minn vettura tat-tip Toyota Yaris misjuqa minn mara ta’ 40 sena wkoll residenti in-Naxxar.

Il-mara ttieħdet minnufih l-Isptar Mater Dei fejn ġiet iċċertifikata li tinsab fil-periklu li titlef ħajjitha.

Dwar il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat Nadine Lia.

Il-UPE, li l-vittma kienet membru fiha, fi stqarrija appellat għat-talb filwaqt li qalet li l-familjari jiddispjaċihom li mhux qed iwieġbu telefonati u messaġġi.