Lokali

Il-Malta Chamber of SMEs tawgura lil Bernard Grech għal ħatra tiegħu bħala Kap tal-Oppożizzjoni

Il-Malta Chamber of SMEs awgurat lil Kap tal-PN u l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech għall-irwoli li hu beda jħaddan.

Fi stqarrija l-Kamra tenniet li qed tħares ‘il quddiem biex tiltaqa’ ma’ Bernard Grech u tiddiskuti numru ta’ affarjiet kurrenti inkluż is-sitwazzjoni preżenti tal-Covid-19, kif din qed taffetwa lill-pajjiżna u xi pjanijiet jistgħu jsiru biex kemm jista’ jkun ikun hemm irkupru ekonomiku mill-impatt li din l-imxija qed tħalli.

Fl-istess stqarrija l-Kamra tan-Negozji żgħar u medji irringrazzjat lil Adrian Delia għall-ħidma tiegħu fl-aħħar snin.