Coronavirus Internazzjonali Saħħa

Il-multi tal-COVID-19 minn minimu ta’ €400 jitilgħu sa massimu ta’ €1000

Il-Gvern Taljan b'qafas ġdid ta' liġijiet biex jiġġieled b'serjetà l-pandemija COVID-19

Intant fl-Italja, il-Gvern ta’ Conte mistenni jdaħħal qafas ġdid ta’ liġijiet biex jiġġieled il-pandemija tal-COVID-19, fosthom l-obbligu li wieħed iġorr dejjem il-maskra fuqu, li jilbisha f’postijiet publiċi fuq barra ukoll u li ċ-ċitazzjonijiet għal min jikser dawn il-liġijiet minn minimu ta’ €400 jitilgħu sa massimu ta’ €1000.

Dan filwaqt li l-istat ta’ emerġenza fl-Italja mistennija tiġi estiża sal-aħħar ta’ Jannar u f’każ li l-każijiet ġodda ta’ Coronavirus jisparaw ‘il fuq, mhux eskluż li l-Gvern Taljan jagħlaq xi setturi selettivi tal-ekonomija sabiex jissalvagwardja l-ftuħ tal-iskejjel.

Dan hekk kif l-awtoritajiet tas-Saħħa Taljani mhux qed jeskludu x-xenarju li t-trażmissjoni tal-COVID-19 fil-komunità tinfirex sew madwar il-pajjiż kollu sal-aħħar tas-sena.