Edukazzjoni Lokali

Il-PN jawgura lit-tfal kollha u l-ġenituri tagħhom għas-sena skolastika l-ġdida

Fi stqarrija maħruġa mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni, it-Tiġdid tad-Dinja tax-Xogħol u d-Djalogu, Clyde Puli, f’isem il-Partit Nazzjonalista intqal li “illum l-iskejjel bdew jiftħu l-bibien tagħhom għall-istudenti aktar tard mis-soltu għaliex l-inkompetenza tal-Ministeru tal-Edukazzjoni wasslitu biex jibda jippjana tard ħafna b’konsegwenza li ħafna skejjel ma’ kienux ippreparati sew biex jiftħu fil-ħin.  Uliedna jeħtieġu pjan maħsub biex jingħataw edukazzjoni ta’ kwalita’ f’ambjent sigur għall-iżvilupp sħiħ tagħhom.”

L-istqarrija kompliet tgħid li l-inkompetenza tal-Ministru għall-Edukazzjoni u tal-Gvern Laburista qed twassal biex l-edukazzjoni t’uliedna qed issofri ta’ kuljum u qed twassal biex:

  • is-sena skolastika bdiet tard minħabba nuqqas ta’ preparazzjoni.
  • is-sistema edukattiva għadha mhix ippreparata b’sistema u kontenut tajjeb ta’ remote għal jekk ikollna nagħlqu l-iskejjel minħabba żieda fl-imxija tal-pandemija.
  • il-bini ta’ skejjel ġodda qed jaqaw snin minn kif imwiegħed li jinfetħu
  • biex il-liġi ġdida tal-edukazzjoni issa ilha 5 snin fuq l-ixkaffa.

Il-Partit Nazzjonalista jawgura lit-tfal kollha u l-ġenituri tagħhom għas-sena skolastika l-ġdida filwaqt li jsellem lill-edukaturi kollha li f’dawn l-aħħar ġranet reġgħu għal darb’oħra għamlu ħilithom kollu biex ipattu għan-nuqqasijiet tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, temmet tgħid l-istqarrija tal-PN.