Lokali

“Il-poplu tagħna jeħtieġ serħan tal-moħħ, in-nies m’humiex numri.” – Bernard Grech

Permezz ta’ post fuq il-midja soċjali, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista stqarr li is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis għandu minnufih jerfa’ r-responsabbilta’ politika dwar l-anzjani li qed jitilfu ħajjithom minħabba l-COVID-19.

Bernard Grech talab ukoll lill-Prim Ministru biex jispjega lill-familjari ta’ dawn il-vittmi u lill-poplu Malti dwar x’wassal għal din il-mewġa ta’ mwiet u x’passi ttieħdu biex din il-mewġa titwaqqaf.