Internazzjonali

Imħassra posts ta’ Donald Trump

Facebook u Twitter ħadu passi kontra l-posts tal-President tal-Istati Uniti Donald Trump wara lbieraħ dan kiser ir-regoli tagħhom kontra l-misinformazzjoni dwar il-Coronavirus… dan wara li huwa għamel dikjarazzjonijiet fejn qal li l-COVID-19 huwa virus bħall-influwenza.

Facebook neħħa  dan il-post, imma mhux qabel ma din ġiet ixxerjata madwar 26,000 darba, b’ħafna jikkritikaw il-messaġġ imsejjaħ qarrieqi ta’ Trump. Oħrajn sostnew li Donald Trump huwa President irresponsabbli filwaqt li huma bosta rapporti fil-midja Amerikana li qed isostnu li Trump jista’ jkun mhux vera qabdu l-Covid, iżda ntqal dan biex jiġbed is-simpatija tan-nies.