Il-Kunsill Lokali tal-Munxar immexxi mill-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qal li jilqa’ b’sodisfazzjon l-eżitu tal-applikazzjoni għal demmiela fi Triq Zgħawri.
Din l-applikazzjoni kienet fi stadju ta’ appell. Eventwalment dan l-appell ġie rtirat u għaldaqstant il-każ huwa magħluq.
Il-Kunsill Lokali qal huwa kburi li rnexxielu jixpruna din il-kawża u li mexxa argumenti b’saħħithom sabiex jissalvagwardja l-interess tal-Munxar u tal-Munxarin.
Il-Kunsill Lokali rringrazzja lil professjonisti li tqabbdu u li għenu f’din il-kawża.
“Madanakollu l-ikbar grazzi tmur lill-residenti tal-Munxar talli kienu dejjem spalla ma’ spalla mal-Kunsill Lokali.”
Il-Kunsill Lokali l-Munxar tenna li ser jibqa viġilanti għal kull żvilupp jew applikazzjonijiet simili sabiex jibqa’ jissalvagwardja l-interess tal-lokalita’ u tar-residenti.
//= $special ?>