Lokali Parlament

Jeħtieġ soluzzjoni mmedjata dwar id-dewmien fil-kawżi

  • Jason Azzopardi, PN

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi sostna li jeħtieġ soluzzjoni mmedjata dwar id-dewmien fil-kawżi.

Fil-parlament Jason Azzopardi qal li n-nies qed ibatu minħabba d-dewmien esaġerat ta’ ċertu kawżi u sellem lill-membri tal-ġudikatura li jaħdmu ħafna.

Hu semma’ każ ta’ ġlieda fejn maġistrat iddiferixxiet kawża għal Ġunju 2021 minn Ottubru 2020. Id-deputat Nazzjonalista appella lill-Prim Imħallef biex jifhem li hemm nies irrabjati u mweġġa’ minn din is-sitwazzjoni u sostna li hemm maġistrati u imħallfin li għax inħatru fil-kariga issa saru ta’ wara alla.

Jason Azzopardi tkellem dwar il-kumpilazzjonijiet u appella biex isiru diskussjonijiet għas-simplifikazzjoni tal-proċeduri.