Internazzjonali

Jirbħu n-Nobel għall-Kimika tal-2020

epa08726348 (FILE) - File photo dated on 21 October 2015 of scientists Emmanuelle Charpentier (L) and Jennifer Doudna (R), winners of 2015 Princess of Asturias Prize for Scientific and Technical Investigation, shaking hands during a press conference held in the framework of events organized on the sidelines of Princess of Asturias Prizes awarding ceremony in Oviedo, northern Spain (reissued 07 October 2020). Charpentier and Doudna share the 2020 Nobel price in Chemistry for discovering the CRISPR/Cas9 genetic scissors with which researchers can change the DNA of animals, plants and microorganisms with extremely high precision. EPA-EFE/J.L. Cereijido

Żewġ xjenzati rebħu l-Premju Nobel għall-Kimika tal-2020 għall-ħidma tagħhom lejn l-iżvilupp ta’ għodda għall-editing tad-DNA.

Emmanuelle Charpentier u Jennifer Doudna huma l-ewwel żewġ nisa li qatt qasmu dan il-premju prestiġjuż, b’rikonoxximent għall-mod kif huma influwenzaw it-teknoloġija tal-genome editing.

L-iskoperta ta’ Charpentier u Doudna hi magħrufa bħala ‘imqass ġenetiku (Crispr-Cas9)’ – jew mezz li jaċċerta l-bidliet speċifiċi u preċiżi fid-DNA li jinstab fiċ-ċelloli ħajjin. It-teknoloġija kienet sinifikanti ħafna għar-riċerka bażika fil-qasam tax-xjenza u għandha wkoll il-potenzjal li tintuża għat-trattament – u anki kura – tal-mard li jittieħed.

Intant, Emmanuelle Charpentier  u Jennifer Doudna, bir-rebħa tan-Nobel, qegħdin jaqsmu premju ta’ flus ekwivalenti għal għaxar miljun krona – jew 867,000 ewro. (Ritratt: EPA)