Jitlef ħajtu wara inċident fl-Imġarr

Raġel li x’aktarx barrani u li l-identita’ tiegħu għadha mhix magħrufa, sfortunatament tilef ħajtu fl-Imġarr.

Għall-ħabta tal-17:30 meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq il-Haddedin, l-Imġarr.

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li waqt lir-raġel kien qed iħott folji tal-ħadid, għal xi raġuni l-ħadid waqgħu f uq ir-raġel.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna iżda sfortunatament r-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Gabriella Vella LL.D li ħatret Inkjesta filwaqt li għaddejjin l-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett