Lokali

Jonqsu b’66.2% it-turisti li żaru Malta f’Awwissu

Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika turi li t-turisti li żaru pajjiżna f’Awwissu 2020 ammontaw għal 114,458. Dan ifisser tnaqqis ta’ 66.2% meta kkumparat ma’ Awwissu 2019. It-total ta’ iljieli li qattgħu f’Malta naqas b’mod sostanzjali wkoll.

F’Awwissu li għadda, 107,908 turist ġie hawm Malta għal btala personali filwaqt li 2,318 ġew pajjiżna għal raġunijiet ta’ xogħol.

Il-maġġor parti ta’ dawk li ġew pajjiżna, preċiżament 42.5% kellhom età ta’ bejn 25 u 44 sena. 36.4% ta’ dawk li siefru lejn Malta kellhom bejn 1 u 24 sena.

21.7% tat-turisti kollha li ġew Malta f’Awwisu kienu ġejjin mir-Renju Unit.