Lokali

Mara ssofri ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku fin-Naxxar

Mara ta’ 25 sena residenti tas-Sliema, ttieħdet b’emerġenza l-Isptar Mater Dei wara li sofriet xi ġrieħi fin-Naxxar.

Kienu għall-ħabta tas-6:20am, meta il-Pulizija ġiet infurmata
li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Francisco Ximenes, in-Naxxar.

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li mara ta’ 25 sena intlaqtet minn vettura ta’ tip Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 50 sena, residenti n-Naxxar.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, hi ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.