Ambjent Lokali

Il-PN jsejjaħ għall-pubblikazzjoni immedjata tal-ftehim dwar l-immaniġġjar tal-Miżieb

Il-Partit Nazzjonalista ħa nota tal-aħbar li ħarġet li ntlaħaq xi ftehim bejn il-Gvern u l-FKNK dwar l-immaniġġjar tal-art pubblika tal-Miżieb.

Ninnotaw li l-Gvern naqas li jikkonsulta mal-Kunsilli Lokali tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar dwar dan il-ftehim u li lanqas għadu biss ippubblika dan l-istess ftehim.

Il-Partit Nazzjonalista jistenna li jara l-kontenut ta’ dan il-ftehim qabel jikkumenta aktar fil-fond. Jisħaq però li ma jaċċetta qatt li art pubblika jkollha l-aċċess magħluq għall-pubbliku għajr għal raġunijiet xjentifiċi stabbiliti.

Il-Partit Nazzjonalsita qal dan permezz ta’ stqarrija ffirmata mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għal-Ambjent u l-Emerġenza tal-Klima, David Thake.