Iċ-ċkejken Zach Mangion, li seraq il-qlub tal-Maltin u l-Għawdxin b’filmat li kellu aktar minn 4,000 reazzjoni fuq il-paġna ta’ Puttinu Cares, għadda messaġġ lit-tfal kollha bil-kanċer u l-COVID-19 sabiex jawgurawlhom, iqawwu qalbhom, jitolbu u jafdaw f’Alla ħa jfiqu.
Huwa kien intervistat minn Robert Cremona fuq il-programm NET Live permezz ta’ Skype minn Rainbow Ward, fl-isptar Mater Dei.
Ommu Claire, li kienet ma’ Zach fil-kollegament, saħqet li għalkemm il-ħajja hija kiefra, bl-għawġ kollu li ġġib magħha, hija tagħmel mezz li tħares lejn il-ħajja minn lenti differenti għaliex “jekk tkun pożittiv fil-ħajja, l-affarijiet ikunu ħafna aktar faċli biex tgħixhom.”
Hija saħqet fuq l-importanza li wieħed jemmen fit-talb u f’Alla, valur li għenhom ħafna f’dan l-għawġ u li għadditu lil binha.
“Jekk ma tajtu xejn f’ħajti, ħa l-valur tat-talb u li nafdaw f’Alla. Dan huwa biżżejjed għalija u għal żewġi, hija xi ħaġa importanti u kburija mmens b’dan”
– Claire Mangion, omm Zacch
Claire temmet il-kollegament tgħid kif dan il-filmat li għamel binha kien ta kuraġġ u ispirazzjoni għal ħaddieħor tant li persuna li għaddejja minn mument diffiċli, bagħtitlha li mnalla kien il-messaġġ għaliex taha l-kuraġġ tħares lejn il-ħajja b’mod differenti u tersaq iżjed lejn it-talb.
//= $special ?>