L-iskejjel tal-Istat u tal-Knisja llum fetħu l-bibien tagħhom mill-ġdid wara xhur magħluqin minħabba l-pandemija. Dan wara li l-ftuħ kien pospost b’ġimgħa, minħabba pressjoni li kienet qed issir fuq il-Gvern għaliex ma kienx preparat.
Net News dalgħodu kien preżenti f’Birkirkara, fejn diversi ġenituri kienu eċitati immens għal dan il-bidu ġdid. Din l-iskola tidher preparata immens, bil-miżuri kollha diġa’ qed jitħaddmu.
Il-Kap tal-Iskola, f’kummenti lil dan is-sit, qalilna li l-iskola tinsab preparata għal dak kollu li jista’ jinqala’.
L-MUT kienet ilha tgħid li dan il-posponiment kien xi ħaġa loġika li kellha issir fl-ambitu tas-sitwazzjoni preżenti marbuta mal-Covid-19. Dan sabiex jingħata ċ-ċans li l-iskejjel jaġġustaw ruħhom għat-talbiet imressqa mill-protokoll u biex jingħata żmien ħalli jiġu solvuti kwistjonijiet pendenti.
L-għalliema qed jinsistu mal-Gvern biex jieħu azzjonijiet konkreti ħalli jikkontrolla l-pandemija.
//= $special ?>