Lokali Qorti

Tliet irġiel akkużati bi traffikar ta’ 23 kilo droga wara rejd tal-kannabis Marsaxlokk

Tliet irġiel ġew akkużati b’reati ta’ droga wara li l-Pulizija qabdet aktar minn 20kg ħaxix tal-kannabis f’rejd fuq dgħajsa tas-sajd irmiġġata f’Marsaxlokk.

Glen Montesin ta’ 38 sena minn Ħaż-Żabbar, Wayne Schembri, 28 sena minn Marsaxlokk u Zach Woodhead ta’ 19-il sena, minn Birżebbuġa kollha wieġbu mhux ħatja ta’ mportazzjoni u pussess aggravat ta’ ħaxixa tal-kannabis.

Huma tressqu quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella jumejn wara li ġew arrestati mill-Pulizija. L-Ispettur Alfred Mangion qal li l-Pulizija kienu qed jistħarrġu l-inħawi għal attività suspettata ta’ droga meta raw lil irġiel iħottu kaxxi tal-kartun minn dgħajsa f’Marsaxlokk ġo vann għall-ħabta tal-11pm nhar it-Tnejn.

Tenna li nstabu Instabu ħames kaxxi li kien fihom aktar minn 20kg ta’ ħaxix tal-kannabis. Franco Debono li flimkien ma’ Amadeus Cachia deher għalMontesin għamel talba għal libertà proviżorja għall-klijent tiegħu, u argumenta li għandu xogħol li jbigħ partijiet tal-karozzi, kondotta nadifa u jgħix fid-dar tal-familja tiegħu.

Il-Maġistrat Gabrielle Vella ċaħdet it-talba u qalet li kien prematur li tingħata l-libertà proviżorja. Iż-żewġ akkużati l-oħra, Schembri, u Woodhead, it-tnejn sajjieda, ma għamlux talba għall-libertà proviżorja. L-avukati ta’ Schembri qalu li għalxejn ippruvaw jagħmlu kuntatt mal-Pulizija qabel ma l-klijent tagħhom għamel dikjarazzjoni.

L-Ispettur tal-Pulizija qal li l-akkużat ingħata d-drittijiet legali tiegħu u rrifjuta l-assistenza iżda l-avukati tiegħu kkonfermaw li ma jafx jaqra u għalhekk kien iffirmah mingħajr ma kien jaf xi jfisser.

It-tlieta ġew miżmuma taħt arrest preventiv u ordnijiet ta ’ffriżar fuq l-assi tagħhom. L-Avukat Veronica Anne Spiteri deheret għal Woodheadd  filwaqt li l-Avukati Matthew Xuereb, Mario Mifsud u Alex Scerri Herrera deheru għal Schembri.