Sport Sport Ieħor

Arnaud Demare bit-tieni rebħa fil-Giro d’ Italia

Arnaud Demare kiseb it-tieni rebħa tiegħu fil-Giro d’ Italia fis-sitt stadju li sar bejn Castrovillari u Matera hekk kif issa il-kompetizzjoni daħlet fin-naħa t’isfel tal-Italja.

Din ir-rebħa ta’ Demare waslet biss jumejn wara li għeleb lil Peter Sagan għall-ewwel rebħa tiegħu. Minkejja li kien fi żvantaġġ sostanzjali, Demare rnexxielu jirkupra fl-aħħar kantuniera. F’kummetni li ta fi tmiem is-sitt stadju, Demare qal li t-tmiem ta’ dan l-istadju kien wieħed inkreddibli u qal li minkejja li kien fi żvantaġġ baqa’ kalm u rkupra lejn it-tmiem. Il-Giro d’ Italia jkompli għada bejn Matera u Brindisi fuq distanza ta’ 143km.