Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 64 każi ġodda 19 ifiqu

Fl-aħħar 24 siegħa fil-Gżejjer Maltin ġew irreġistrati 64 każ ġdid ta’ Covid-19 sabiex issa fl-aħħar sitt’ijiem pajjiżna ra jfeġġu mal-367 każi ġodda. Minn Marzu s’issa t-total ta’ każi pożittivi ta’ Coronavirus jammonta għal 3,723.

Bejn l-Erbgħa u l-Ħamis fiequ 19-il persuna sabiex it-total ta’ persuni mfejqa żied għal 2,884.

Skont kif maħruġ mill-Ministeru għas-Saħħa fuq il-paġna Saħħa mit-68 każ imħabbra tul il-jum tal-Erbgħa; 15-il każ kienu qraba ta’ persuni li ttestjaw pożittivi preċedentament, 3 każi minn fuq il-post tax-xogħol, 7 kellhom kuntatt dirett ma’ persuni pożittivi, każ minnhom minn attività soċjali, żewġ każi mill-cluster ta’ Paceville u tnejn oħra importati.

Dan ifisser li 38 mill-każi mħabbra l-Erbgħa ma kellhomx idea minn fejn setgħu ġew infettati.

Dan filwaqt li l-vittmi ta’ Covid-19 f’pajjiżna huma 41, b’6 fatalitajiet irreġistrati fl-ewwel jiem ta’ Ottubru.