Sport Sport Ieħor

Djokovic u Nadal fis-semifinali tar-Roland Garros

(Ritratt: EPA)

Novak Djokovic wasal fis-semifinali tar-Roland Garros wara li f’logħba diffiċli għeleb lil Pablo Carreno Busta 4-6 6-2 6-3 6-4. Djokovic deher li kien muġgħuh tul il-partita kollha.

Wara l-partita, Djokovic qal li ma kienx qiegħed iħossu sew qabel il-partita u kellu jaddatta minħabba l-uġiegħ li kellu. Djokovic iżda faħħar ukoll il-mod ta’ kif lagħab l-avversarju tiegħu fejn f’waqtiet kien aħjar minn Djokovic. Fis-semifinali hu se jilgħab kontra Stefanos Tsitsipas li fil-kwartifinali għeleb lil Andrey Rublev 7-5 6-2 6-3.

Rafael Nadal għadu fiċ-ċans li jilħaq ir-rekord ta’ Roger Federer li jirbaħ 20 Grand Slam wara li fis-semifinali għeleb lil Jannik Sinner 7-6 6-4 6-1 fejn fis-semifinali se jilgħab kontra l-Arġentin Diego Schwartzman. Ix-xahar li għadda, Shwartzman għeleb lill-istess Nadal fl-Open ta’ Ruma. Wara l-partita, Nadal faħħar lill-avversarju tiegħu fejn faħħar it-teknika tiegħu.