Lokali Qorti

Ġar tal-vittmi jgħid li sema’ lil xi ħadd jokrob

Ġar tal-vittmi li nqatlu f’Tas-Sliema f’Awwissu li għadda qal li nstemgħu ħsejjes qiesu xi ħadd qed jokrob. Bħallikieku kien qed jgħajjat għall-għajnuna.

adanittant kollox jindika li Daniel Muka kien liebes parokka kif daħal fid-dar ta’ Pandolfino. Għall-ewwel Muka ċaħad l-involviment tiegħu fil-każ, imma wara ammetta li daħal jisraq imma mhux li qatel.

Dan ħareġ meta quddiem il-Maġistrat Nadine Lia kompliet il-kumpilazzjoni kontra l-Albaniż Daniel Muka ta’ 25 sena, wieħed mit-tliet irġiel akkużati bil-qtil ta’ Christian Pandolfino ta’ 58 sena u s-sieħeb tiegħu Ivor Maciejowski ta’ 30 sena.

Pandolfino u Maciejowski inqatlu f’darhom fi Triq Locker f’Tas-Sliema nhar it-Tlieta 18 ta’ Awwissu għall-ħabta tal-10.20pm. Minbarra Muka qegħdin jiġu mixlijin b’dan id-delitt Viktor Dragomanski ta’ 36 sena u Jesper Kristiansen li ġie arrestat fi Spanja b’rabta mal-qtil doppju.

Kienet Paula Pandolfino li tat lill-Pulizija l-permess biex jiftħu l-bieb għax jekk dawn indarbu jaf kien ikollhom bżonn l-assistenza. L-uffiċjal ta l-permess li dan isir. Fil-Qorti oħt Pandolfino qalet li ma kinitx id-dar għand ħuha għaxwaqfet tixtri ġelat lit-tfal tagħha.

L-Ispettur Colin Sheldon li meta ġie istoqsi mill-Avukat Difensur Noel Bianco fuq jekk il-Pulizija kellhomx jisfurzaw il-bieb biex jidħlu l-ġewwa, l-ispettur wieġeb li iva. “Jekk ftaħtu l-bieb, inkun korrett li l-ħsara li hemm fuq il-bieb hija l-kaġun tal-Pulizija?”

L-Ispettur Sheldon saħaq li kien hemm sinjali żgħar ta’ żgass, viċin is-serratura, li kienu jindikaw li kien hemm xi tbagħbis. Daniel Muka kien dak li saq il-vettura lejn il-post. Jiġu esebiti traskrizzjoni tat-tliet stqarrijiet li Muka kien ta lill-Pulizija, kif ukoll kopji tas-CDs.

Oħt Pandolfino barra l-bieb li qaltlu li ntemgħet kommossjoni fuq ġewwa u rġiel dehru jaħarbu mid-dar.  Xehed ukoll is-Surġent Reuben Balzan qal li fis-27 ta’ Awwissu raġel issottometta rapport dwar Skoda li nsterqet minn Regina Showroom. L-uffiċjal qal li l-karozza kienet tniżżlet waqt tindif ta’ rutina. Il-karozza kienet intesiet fi Triq Isouard.

Xhedet ukoll is-Surġent Valerie Mifsud mill-Għassa tal-Pulizija ta’ Tas-Sliema. Hi kienet ukoll qed taħdem shift ta’ bil-lejl. Qalet li żewġ persuni daħlu jirrappurtaw li semgħu tiri. Qalet li l-ewwel xhud kellu aċċent barrani, u t-tieni xhud kien Malti.

Fuq barra kien hemm mara li identifikat lilha nnifisha bħala Paula Pandolfino, oħt il-vittma, u raġel li identifika lilu nniffsu bħala z-ziju tal-vittma.

Tabib fl-Emerġenza – Dr. Jonathan Joslin – ukoll xehed u qal illi minħabba il-mod kif kien mifrux id-demm u l-bullets, “wasalna għall-konklużjoni li din kienet sparatura. Pandolfino ma kienx qed jieħu nifs u ma beda juri ebda sinjali ta’ ħajja.”

Dwar Maciejowski Joslin qal li l-istess sar mat-tieni vittma, li kien iddikjarat mejjet fuq il-post ukoll. Tabib ieħor, Mike Spiteri, eżamina lil Maciewski li kien fil-bokka tat-taraġ. Hu kien iddikjarat mejjet fuq il-post. Tenna li kien hemm bullet casings madwar Pandolfino.

L-Avukat Noel Bianco qed jidher għal Muka filwaqt li l-Avukati Joe Giglio u Roberta Bonello qegħdin jidhru għall-familjari ta’ vittmi. L-Ispetturi James Grech u Colin Sheldon qegħdin imexxu l-Prosekuzzjoni.