Sport Waterpolo

Għat-tielet darba mill-2013 Exiles Sports Club rebħu l-kompetizzjoni BOV Knock Out tan-Nisa

(Ritratt: Exiles)

Exiles………………………………..8

San Ġiljan…………………………7

Referees tal-partita : Mario Dalli, Ronnie Saliba 

F’partita miftuħa għal kull riżultat kienu San Ġiljan li fil-bidu tal-ewwel sessjoni fetħu l-iskor permezz ta’ Francesca Farrugia b’reazzjoni immedjata minn Exiles li mmexxija minn Gordon Zammit wara li għamlu l-iskor 1 – 1 b’gowl minn Kai Agius marru fil-vantaġġ permezz ta’ Michela Zammit.

Żewġ gowls minn Abby Bonello fil-bidu tat-tieni sessjoni poġġew lil Exiles 4 – 1 sabiex qabel tmiem is-sessjoni Shanice Cassar għamlet l-iskor 4 – 2. Żewġ gowls minn Francesca Farrugia b’San Ġiljan jagħlqu t-tielet sessjoni 4 – 4

Fil-bidu tal-aħħar sessjoni wara li Martina Darmanin poġġiet lil Exiles fil-vantagg, Michela Bonello Ghio għamlet l-iskor 5 – 5. Mill-ġdid Exiles fil-vantaġġ permezz ta’ Nadya Azzopardi bi Francesca Farrugia tagħmel l-iskor 6 – 6  u r-raba’ gowl personali.

Għal gowl minn Kendra Navarro kienet Lucretia Hili li kisbet il-gowl tad-draw għal San Giljan 7 – 7 . Reazzjoni minn Exiles b’Michela Zammit tiskorja l-gowl li eventwalment għalaq il-partita : Exiles 8 San Giljan 7