Futbol Sport

Il-kowċ Devis Mangia jiffinalizza l-iskwadra għal kontra Andorra u Latvja

(Ritratt: Dominic Aquilina/MFA)

Il-kowċ tat-tim internazzjonali Malti Devis Mangia ffinalizza l-iskwadra għall-partiti mill-UEFA Nations League kontra Andorra u Latvja.

Wara r-rebħa ta’ 2-0 kontra Ġibilta l-kowċ internazzjonali Malti għażel li jħalli barra mill-iskwadra tiegħu lil Kyrian Nwoko li kellu jirtira mill-iskwadra minħabba injury li sofra fil-partita kontra Ġibilta, lil Ferdinando Apap u lil Joseph Muscatt. Il-midfielder ta’ Ħamrun Spartans, Matthew Guillaumier se jitlef l-ewwel partita kontra Andorra hekk kif se jkun sospiż.

L-iskwadra finali

Gowlkipers
Henry Bonello (Valletta); Matthew Calleja Cremona (Hibernians); Jake Galea (Sliema Wanderers).

Difensuri
Andrei Agius (Hibernians); Samir Arab (Balzan); Steve Borg (Gżira United); Triston Caruana (Valletta); Zach Muscat (Casa Pia AC – Portugall); Enrico Pepe (Birkirkara); Kurt Shaw (Sliema Wanderers).

Midfielders
Cain Attard (Birkirkara); Myles Beerman (Sliema Wanderers); Ryan Camenzuli (Floriana); Matthew Guillaumier (Ħamrun Spartans); Bjorn Kristensen (Hibernians); Joseph Mbong (Ħamrun Spartans); Rowen Muscat (Valletta); Steven Pisani (Balzan); Teddy Teuma (Royale Union Saint-Gilloise – Belġju).

Attakkanti
Jurgen Degabriele (Hibernians); Shaun Dimech (Valletta); Luke Gambin (Colchester United – Ingilterra); Jake Grech (Hibernians); Paul Mbong (Birkirkara); Luke Montebello (Birkirkara).