Tkompli toħroġ fid-deher in-nuqqas totali ta’ ppjanar mill-Ministru tal-Edukazzjoni hekk kif ma kienx kapaċi jweġibna għal mistoqsija sempliċi.
Il-mistoqsija kienet: “X’se jagħmlu l-ġenituri ta’ tfal li jqumu ma jifilħux?”
Aktar minn 24 siegħa wara li nfetħu l-ewwel skejjel tal-istat primarji u sekondarji, il-Ministru Owen Bonnici jibqa’ bla soluzzjonijiet.
L-awtoritatjiet tas-Saħħa qed jagħmluha ċara li tfal li jkunu ma jifilħux, m’għandhomx jintbagħtu skola. Imma dan żgur li se jkun qed joħloq problema għal mijiet ta’ ġenituri, l-aktar dawk li f’każi simili sa ftit xhur ilu kienu jħallu lil uliedhom man-nanniet jew qraba oħra.
Wara għoxrin minuta nippruvaw nieħdu tweġiba dwar x’servizz qed jagħti l-Gvern biex jgħin isovli din il-problema, l-unika tweġiba li kien kapaċi jagħti l-Ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnici kienet li l-Gvern kien ħoloq strutturi biex jgħin lill-ġenituri joħorġu jaħdmu, b’referenza għaċ-childcare centres. Mhux mifhum jekk il-Ministru kienx qed jissuġġerixxi li tfal li jkunu ma jifilħux jiħallewx fiċ-childcare centres.
Intant il-unions qed jappellaw li jingħata l-leave tal-kwarantina għal ġenituri li jkollhom joqgħdu d-dar ma’ uliedhom.
//= $special ?>