Lokali

Il-Pulizija bi tfittxija għal raġel wara serqa f’San Pawl il-Baħar

Il-Pulizija għaddejja bi tfittxija ta’ suspettat li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa, wara li wettaq hold-up f’San Pawl il-Baħar.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-18.45 tal-Erbgħa filgħaxija fi Triq il-Ħalel meta mill-ewwel indikazzjonijiet jirriżulta li raġel liebes maskra u allegatament armat b’arma taqta’ u bil-ponta – daħal f’ħanut u talab il-flus lill-kaxxiera – tfajla ta’ 25 sena mill-Ungerija.

Apparti l-flus kontanti – ir-raġel seraq ukoll għaxar pakketti sigaretti u ħarab minn fuq il-post.

Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella li ordnat sabiex issir inkjesta filwaqt li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar il-każ għandu jinforma lill-Pulizija minnufih.