Sport Waterpolo

Illum fis-6:45pm | l-ewwel partita mill-finali bejn San Ġiljan u Neptunes. Se tixxandar b’mod dirett fuq www.netnews.com.mt

L-ewwel partita għal min se jirbaħ il-Kampjonat Premier tal-Waterpolo għas-sena 2020, bejn San Ġiljan u Neptunes, se tkun qed tintlagħab illum, dalwaqt fis-6:45pm, fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq. Din se tkun l-ewwel logħba minn possibilment tlieta, fejn f’każ li tim jirbaħ l-ewwel żewġ partiti, it-tielet logħba ma tintlagħabx u t-tim ikun rebaħ il-Kampjonat.

Il-partita tal-lum, li se tkun qed tintlagħab wara bibieb magħluqa, se tixxandar b’mod dirett fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Man Up+ u fuq dan is-sit, www.netnews.com.mt. Il-t-tieni partita, dik ta’ nhar is-Sibt li ġej, se tixxandar b’mod dirett fuq Net Television.