Internazzjonali

Ir-rivali għall-Viċi-Presidenza Amerikana f’battibekk dwar il-pandemija tal-Covid-19

LAS VEGAS, NEVADA - NOVEMBER 02: U.S. Sen. Kamala Harris (D-CA) watches U.S. Rep. and U.S. Senate candidate Jacky Rosen (D-NV) speak at DW Bistro as Harris campaigns for Nevada Democratic candidates on the final day of in-person early voting in Nevada on November 02, 2018 in Las Vegas, Nevada. Rosen is trying to unseat Republican Dean Heller in a tight race for senate. (Photo by Ethan Miller/Getty Images)DORAL, FLORIDA - FEBRUARY 01: Vice President Mike Pence speaks at Iglesia Doral Jesus Worship Center after meeting with Venezuelan exiles and community leaders on February 01, 2019 in Doral, Florida. Vice President Pence met with families, political prisoners and former elected officials who were forced to flee their country due to political persecution. (Photo by Joe Raedle/Getty Images)

L-isfidanti għar-rwol ta’ Viċi-President tal-Istati Uniti tlewwmu dwar ‘nuqqasijiet mill-kamp oppost’ li huma relatati mal-pandemija tal-Covid-19 fil-pajjiż. Dan seħħ waqt li l-uniku dibattitu bejn dawn l-isfidanti qabel l-elezzjoni tax-xahar id-dieħel li tiddeċiedi min – bejn il-President Donald Trump u l-isfidant Joe Biden – għandu jmexxi l-pajjiż għall-erba’ snin li jmiss.

Il-kandidat tal-Partit Demokratiku, Kamala Harris, ma żammitx lura milli tikkundanna l-mod kif Trump mexxa pajjiżu waqt il-pandemija u sostniet li l-aġir tiegħu ‘jirrifletti l-akbar falliment ta’ kwalunkwe tmexxija ta’ President Amerikan fl-istorja’. Hi kompliet li ‘il-President u l-Viċi-President attwali mexxew ħażin bi ħsieb lill-Amerikani dwar il-potenzjal fatali tal-coronavirus’.

Intant, Mike Pence, il-Viċi-President Repubblikan tal-Istati Uniti, iddefenda l-politika tal-Gvern u qal li l-pjan tad-Demokratiċi għall-kontroll tal-pandemija ‘hu kollu kemm hu ikkupjat mill-istrateġiji tar-Repubblikani’.

Id-dibattitu, fl-Università ta’ Utah, f’Salt Lake City, ixxandar dirett lin-nazzjon u fl-interventi spikka d-diżgwid kontinwu dwar il-politika tal-Gvern ta’ Trump, intiża biex trażżan l-impatt tal-Covid-19 madwar il-pajjiż.

Skont l-aħħar stħarriġ ta’ opinjoni, Joe Biden qed igawdi vantaġġ fuq Donald Trump, meta fadal 25 ġurnata għall-vot importanti ta’ Novembru.