Atletika Sport

Jinkisru għadd ta’ rekords fl-atletika internazzjonali

(Ritratt: EPA)

Fl-NN Valencia World Record Day, avveniment uniku tal-atletika li qed isir f’Valencia fi Spanja, numru ta’ atleti kisru bosta rekord, b’numru minnhom ikunu ilhom ma jinkisru snin.

L-atleta mill-Uganda Joshua Cheptegei kiser ir-rekord fl-10,000 metru meta kiseb ħin ta’ 26 minuta 11 -il sekonda biex waqqaf rekord ġdid lil kien miżmum minn Kenenisa Bekele għal ħmistax -il sena. Dan huwa r-raba’ rekord li waqqaf Cheptegei fl-aħħar għaxar xhur. F’Awwissu li għadda, fil-Monaco Diamond League, hu kiser rekord ieħor li kien miżmum minn Bekele fil-5,000 metru.

L-atleta femminili Letesenbet Gidey kisret r-rekord fl-5,000 metru meta kisbet ħin ta’ 14 -il minuta 6.62 sekondi biex ksiret ir-rekord ta’ Tirunesh Diababa fl-2008.