Sofia Kenin se tilgħab kontra ż-żagħżugħa Iga Swiatek fil-finali tan-nisa tar-Roland Garros wara li aktar kmieni Kenin għelbet lil Kvitova 6-4 7-5 filwaqt li Swiatek faċilment għelbet lil Podoroska 6-2 6-1.
Kenin wara l-partita ddeskriviet din l-esperjenza bħala ħolma li saret realta’ filwaqt li Swiatek qalet li ħassitha sorpriża li rnexxielha tasal sal-finali. Swiatek hija t-tieni mara mill-Polonja li rnexxiela tasal sal finali tar-Roland Garros sal-1939 meta dakinhar kienet waslet Jadwiga Jedrzejowska.
//= $special ?>