Straġi sħiħa.
Hekk ġiet deskritta s-sitwazzjoni preżenti fl-Università ta’ Malta, li hija mistennija terġa tiftaħ il-bibien tagħha għall-istudenti nhar it-Tnejn li ġej.
Sorsi li tkellmu ma’ Net News qalu li hemm diżgwid kbir bejn ir-Rettur ta’ din l-istutuzzjoni u l-letturi, tant li fakultatjiet sħaħ issa qed jagħżlu huma l-mod kif għandu jsir it-tagħlim mill-membri fil-fakultà tagħhom, irrispettivament minn x’jaħseb ir-Rettur.
Ħafna mill-għalliema f’din l-istituzzjoni ħassew li għandhom jużaw metodi online fl-isfond tas-sitwazzjoni preżenti bil-pandemija f’pajjiżna, madankollu r-Rettur qed iwebbes rasu li jdaħħal kemm jista’ jkun studenti fiżikament.
Problema oħra hi li l-ispazju f’din l-istituzzjoni naqas drastikament minħabba li għadd ta’ kmamar huma żgħar wisq biex jakkomodaw klassijiet sħaħ. Apparti dan, jidher li għadd ta’ klassijiet jinsabu armati b’siġġijiet li huma biss metru bogħod minn xulxin. Dan mentri l-awtoritajiet tas-Saħħa qed jitolbu tal-anqas metru u nofs bejn kull siġġu.
Intant erbat ijiem bogħod mill-ftuħ uffiċjali, ħafna mill-istudenti għad m’għandhomx idea tat-timetable tagħhom.
//= $special ?>