Internazzjonali

Louise Gluck tirbaħ il-Premju Nobel għal-Letteratura

Il-poeta Amerikana, Louise Gluck, rebħet il-Premju Nobel għal-Letteratura ta’ din is-sena. L-unur kien ikkonfermat ftit tal-ħin ilu mill-Akkademja Żvediża responsabbli mit-tqassim tan-Nobel lill-persuni/entitajiet li jiddistingwu ruħhom fis-setturi partikulari.

Gluck kienet rikonoxxuta ‘għal-leħen poetiku inimitabbli’ u l-Akkademja rreferiet b’mod partikulari għall-kontribut tagħha lill-poeżija fuq livell li ‘jirrendi universali l-eżistenza tal-individwu’.

Louise Gluck twieldet fi New York u hi wkoll professur tal-Ingliż fl-Università ta’ Yale.