Lokali

Miet fil-post tax-xogħol ġimgħa biss wara li beda

Ir-raġel ta’ 22 sena li nhar l-Erbgħa tilef ħajtu traġikament f’inċident fuq il-post tax-xogħol tiegħu kien ilu biss ġimgħa li beda jaħdem hemm.

Abel Ebube, Niġerjan, miet wara li tgħaffeġ minn folji tal-ħadid li kien qed iħott, wara li dawn waqgħu fuqu. L-inċident seħħ fl-Imġarr.

Iż-żagħżugħ kien qatta’ l-aħħar snin jilgħab fil-kampjonat tal-MAFA – Malta Amateur Football Association fejn riċentament lagħab għal Versity AFC u fil-passat rebaħ anke l-kampjonat ma’ Birzebbuga Tigers F.C.

Dwar l-inċident ta’ Ebube infetħet inkjesta maġisterjali mill-Maġistrat Gabriella Vella.

Ikkummenta