Internazzjonali

Nagorno-Karabakh…Aktar battalji qabel eżerċizzju diplomatiku

epa08700707 A still photo taken from handout video made available by the Ministry of Defence of the Republic of Armenia shows defeat of Azerbaijani armoured vehicles at Nagorno-Karabakh Republic, on a border of Armenia and Azerbaijan, 27 September 2020. According to media reports, Armenia has imposed martial law and total military mobilisation after clashes have erupted in the territorial conflict between Armenia and Azerbaijan in Nagorno-Karabakh Republic, with both sides reporting civilian deaths after shelling, artillery and air attacks along the front. EPA-EFE/ARMENIA DEFENCE MINISTRY PRESS S MANDATORY CREDIT BEST QUALITY AVAILABLE HANDOUT EDITORIAL USE ONLY/NO SALES

Il-ġlied bejn il-qawwiet tal-Armenja u l-Ażerbajġan qed ikompli, biż-żewġ Stati avversarji mhumiex iżommu lura mill-bumbardamenti fuq iz-zoni speċifiċi. Dan bħala parti mill-kampanji militari tal-Istati rispettivi li qed jissieltu għal kontroll sħiħ fir-reġjun polemikuż ta’ Nagorno-Karabakh.

Il-belt ta’ Stepanakert, il-kapitali ta’ Nagorno-Karabakh, kienet mill-ġdid suġġetta għall-bumbardamenti qabel issir l-ewwel laqgħa għall-medjaturi internazzjonali li qed jippruvaw iwasslu lejn it-tmiem ta’ din il-gwerra.

Il-laqgħa ta’ Ġinevra (fl-Iżvizzera) għandha tinvolvi rappreżentanti tal-Ażerbajġan u diplomatiċi minn Franza, l-Istati Uniti u r-Russja li ilhom jippruvaw isibu soluzzjoni għall-konflitt ta’ Nagorno-Karabakh mis-snin disgħin.

L-Armenja rrifjutat li tibgħat rappreżentant għal-laqgħa u qed tiċħad li tiddiskuti s-sitwazzjoni mad-diplomati Ażeri dment li jkomplu l-battalji attwali.