Għat-tieni darba, New Zealand tinsab ħielsa kompletament mill-virus tal-Covid-19. Din l-aħbar ingħatat kmieni filgħodu mill-awtoritajiet fil-pajjiz.
New Zealand kienu ilhom minn Awwissu jissieltu n-numri ġodda tal-Coronavirus, u issa tneħħew l-aħħar ftit restrizzjonijiet li kienu imposti fuq Auckland.
B’kuntrast, fl-Ewropa il-virus qed ikompli jgħolli rasu. Il-Germanja qed tgħid li l-pandemija tista’ tkompli tinxtered bla kontroll, u fi Brussell, il-bars u r-ristornati ġew ordnati jagħlqu għal xahar.
Fl-istess waqt, l-awtoritajiet Taljani ħarġu ordni biex il-maskri protettivi jintlibsu kull hin meta wieħed joħroġ fuq barra.
//= $special ?>