Lokali

Qabda ta’ aktar minn 318,000 sigarett f’Ħal Qormi

F’operazzjoni konġunta bejn l-Uffiċjali tad-Dwana u uffiċjali tal-Pulizija membri tal-RIU instabu total ta’ 318,940 sigarett mingħajr dazju minn fost oħrajn vettura u tlett garaxxijiet f’Ħal Qormi.

Il-każ seħħ tul il-jum tal-Erbgħa wara li uffiċjali tad-dwana bdew isusu wara vettura minn Ħal Qormi fejn sussegwentament talbu l-assistenza tal-Pulizija fejn il-vettura ġiet mwaqqfa f’Ħal Għaxaq fejn instabu 89,600 sigarett tal-kuntrabandu.

Filwaqt li r-raġel ġie arrestat, tfittxijiet li saru f’garaxxijiet, stabbiliment tax-xorb u store – waslu għal sejba ta’ 229,340 sigarett ieħor – għal valur kumplessiv li jlaħħaq total ta’ €73, 768.

Intant, 3 persuni nżammu taħt arrest b’rabta mal-każ.