Futbol Sport

Ozil, Romero, Jones u Rojo m’humiex parti mill-pjanijiet tal-kowċis rispettivi tagħhom

Hekk kif f’dawn il-jiem it-timijiet li se jieħdu sehem fil-kompetizzjonijiet Ewropej iridu jdaħħlu l-lista tal-iskwadra tagħhom numru ta’ plejers jidher li se jitħallew barra.

Il-kowċ ta’ Arsenal Mikel Arteta jidher li se jħalli barra mill-iskwadra tal-Europa League lil Mesut Ozil, Sokratis u William Saliba. Din il-ġimgħa, Mesut Ozil kien fil-midja wara li salva l-impjieg tal-mascot ta’ Arsenal wara li l-klabb iddeċieda li jittermina l-impjieg tiegħu minħabba l-pandemija. Ozil issieħeb ma’ Arsenal fl-2013 u taħt il-kowċ ta’ Mikel Arteta ftit li xejn sab spazju biex jilgħab, bil-plejer jirrifjuta li jħalli lill-klabb.

Manchester United ukoll ħallew barra numru ta’ plejers mill-iskwadra taċ-Champions League fosthom lill-gowlkiper Romero u lid-difesuri Phil Jones u Marcos Rojo.