Lokali Qorti

23 sena ħabs għal żewġt irġiel u mara li serqu Afrikan li tkaxkar minn karozza għal diversi metri

Żewġt irġiel u mara ġew ikkundannati 23 sena ħabs bejniethom wara li nstabu ħatja li mhux biss serqu ammont ta’ flus iżda kkaġunaw ġrieħi fuq persuna barranija meta pprova jirreżistihom.

John Mifsud ta’ 45 sena ġie kkundannat 10 snin ħabs, Noel Borg ta’ 40 sena, residenti Birkirkara, ġie kkundannat seba’ snin ħabs filwaqt li Leanne Chalbi ta’ 32 sena, marret sitt snin ħabs fuq l-involviment tagħhom f’serqa ta’ bagalja li kien fiha madwar €4,000 fi flus kontanti.

Din is-serqa kienet seħħet fit-22 ta’ Novembru ta’ sentejn ilu għad-dannu ta’ Afrikana fejn fiha kien hemm il-pagi tiegħu u ta’ sħabu. Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech fis-sentenza tagħha ordnat wkoll biex Mifsud jikkumpensa lil Lamin Jammeh mill-Gambja l-ammont ta’ €10,,000, Borg €7,000, u Chalbi €2,,000, bħala kumpens wara l-vittma kien ġie attakkat fiżikament b’mod krudili.

Mill-ewwel investigazzjoni li għamlu l-Pulizija rrizulta li tliet persuni, zewġt irġiel u mara kienu daħlu fir-residenza li kien qed jgħix fiha Lamin Jammeh, garaxx, li propjament kien jintuża bħala stalla fil-Marsa fejn kienu joqghodu madwar sitta min-nies u li jaghmel ukoll parti minn blokka ta’ garaxxijiet.

Is-sid tal-bagalja, Lamin Jammeh mill-Gambja kien għamel minn kollox biex il-bagalja ma tinsteraqlux. Fil-fatt kien żamm mal-karozza tal-ħallelin waqt li kienu qegħdin jaħarbu u spiċċa mkaxkar madwar 60 metru mill-post tal-aggressjoni fi Triq is-Serkin. Huwa sofra minn ġrieħi kklassifikati bħala ħfief sakemm iżda ma jinqalgħux komplikazzjonijiet.

Borg kien ta lilu nnifsu lill-Pulizija fejn instab ħati wkoll li kkawża debilità permanenti lill-vittma. Mifsud instab ħati li kkaġuna feriti gravi fuq il-vittma meta kienu hu saq il-karozza li weġġgħet lil Jammeh.

Mill-ewwel investigazzjoni li għamlu l-Pulizija rriżulta li li l-ħatja kienu daħlu f’residenza li huwa garaxx, li kienet tintuża wkoll bħala stalla u fiha kienu joqgħodu madwar sitt min-nies.

Wara li gie aggredit il-vittma nsterqitlu bagalja li kien fiha madwar €4,000 , xi dokumenti u xi ħwejjeġ oħra. il-vittma kien ħareġ jiġri biex jieħu lura l-bagalja, u biex il-ħallelin ma jitilqux biha, qabad mal-karozza meta kienu qed jaħarbu minn fuq il-post.

Il-karozza baqgħet tinstaq biex spiċċa tkaxkar madwar 50, 60 metru fl-istess triq għall-kantuniera ta’ wara. Lamin Jammeh, iddeskriva kif fil-jum li ġie aggredit, kien għadu kemm wasal mix-xogħol u daħal jinħasel meta sema xi ħadd iħabbatlu l-bieb u sab tliet persuni li għarafhom bħala l-imputat Borg, John Mifsud u Leanne Chalbi.

Noel Borg staqsieh jekk riedx jixtri mobile phone waqt li Mifsud kien wieqaf ħdejn il-bieb b’Chalbi tkun pront tidħol ġewwa. Hu kien qalilhom li m’għandux bżonn mobajl, u qalilhom biex joħorġu l-barra bl-edukazzjoni kollha ħalli jagħlaq bil-bieb. Huma rrifjutaw u qalilhom li kien se jċempel lill-Pulizija. Borg qabad jagħtih bil-ponn f’wiċċu u ċaqlaqlu snienu.

Fil-Qorti il-vittma qal li kissrilu l-fan li kellu u kif ra x’kien qed isseħħ mar ħdejn il-bagalja biex jipproteġi ħwejjġu. Noel Borg iżda ħadlu l-bagalja minn idejh u għaddiha lil Chalbi li telqet tigri l-barra biha.

Qabel ma ttiħdietlu l-bagalja, Borg u Mifsud bdew jagħtuh bil-ponn u komplew issawwtuh anke wara. Huwa baqa’ jsofri minn uġiegħ f’daharu. Tenna li kif hu mar ipoġġi fuq il-bagalja x’hin daħlu ġewwa d-dar ġie aggredit miż-żewġt irgiel, u dawn irnexxielhom joħdulu l-bagalja u tawha lil mara.

Kif irnexxielu jaħrab liż-żewġt irġiel, ġera wara l-mara u segwiha ġewwa l-vettura li kienet pparkeġġjata barra. Lamin qal li l-mara kienet bilqegħda fuq wara tan-naħa tal-passiġġier u hu fetaħ il-bieba ta’ wara u daħal ġewwa biex jipprova jieħu lura l-bagalja.

Meta hareg mid-dar u telaq jiġri lejn il-vettura l-irġiel segwewh u ħarġuh mill-vettura ħaduh in-naħa ta’ wara tagħha u sawtuh fit-triq. Dak il-ħin mar fuq in-naħa tal-passiġġier u qabad mal-ġenb tal-vettura biex ma jsuqux.

Iżda saqu l-karozza waqt li baqgħu jsawwtuh u minkejja dan il-karozza baqgħet tinstaq u tkaxkru għal tul it-triq fejn sofra ġriehi f’koxxtu u siequ tax-xellug, u li meta nstaqet il-vettura, siequ kienet taħt il-vettura u ghaddiet minn fuqha. Kif ma baqax iżomm mal-vettura ċempel lill-Pulizija.

Mill-€4,000 misruqa hu kellu €1,500 filwaqt li l-kumplament kienu jappartjenu lill-sħabu. Il-bagalja kienet tinżamm fil-kamra tas-sodda. Dawn kienu flejjes li kien rċieva minn xogħol ta’ kostruzzjoni fejn kien jithallas kull nhar ta’ Ġimgħa.

Il-Qorti fis-sentenza tagħha kkunsidrat dak li xehdet l-ufficjal tal-probation, Sarah Bezzina, li spjegat kif fil-konfront tiegħu Borg beda jabbuża mid-droga sa minn età żghira iżda wara programm ta’ rijabiltazzjoni, baqa’ nadif għal 15-il-sena fejn anke beda jaħdem mal-Caritas.

Mal-mewt t’ommu reġa’ kellu relapse. Meta tkellmet ma’ aġenziji oħra kliem ta’ tifħir semgħet dwaru. Noel Borg għandu bżonn għajnuna psikoloġika minħabba t-tfulija turbolenti tiegħu.

Jenħtieġ li jkompli b’kuntatt mas-Sedqa u ma psikoloġi. Madanakollu l-Qorti filwaqt li tiżen u tagħti l-piż dovut għal din ix-xhieda, qalet li ma tistax ma tqisx ukoll li l-għemil ta’ Borg, jiżvela karattru biered, indifferenti ghat-tbatijiet ta’ oħrajn.

Ma sab l-ebda diffikultà mhux biss li jċaħħad bniedem minn dak li bl-għaraq ta’ xbinu rnexxielu jikseb, iżda li jidħol go daru, jaggredieh u jsawwtu.

Meta dan ipprova jipproteġi ħwejjgu remieh u sabtu mal-art, u ħallieh jiġi mkaxxkar minn vettura għall bejn 50 u 60 metru, tul Triq is-Sajjieda sa wara l-kantuniera għal ġo Triq il-Ġerejja.

Il-Qorti kompliet tgħid li għemil bħal dak manifestat mnn Borg, juri biċ-ċaar li sakemm verament rrijabilità ruħu, postu mhux fis-soċjetà. Hu mistenni li soċjetà tiġi protetta minn għemil daqshekk inuman, krudili u kiefer li kien kapaċi jeżerċita propju fuq min f’pajjiżna ma għandu xejn għajr għal dak li l-bżulija w tbatija tiegħu tista’ tirrendilu.

Minbarra li qiset in-natura serjissima tar-reati li dwarhom huwa nstab ħati, il-Qorti kkunsidrat il-kondotta ta’ Borg, minn fejn jirriżulta li dan mhux xi ‘first time offender’.

Qiset ukoll li l-imputat kif ukoll Mifsud ma għamlu l-ebda pass sabiex jikkumpensaw lill-vittma tal-ħsara li soffra. Hu dwar dan li l-Qorti qalet siltet l-animu veru tal-imputati, animu nieqes minn rimors veru.

Ma hemmx dubbju qaket il-Qorti, li appena John Mifsud startja l-vettura w beda jsuq, l-intenzjoni tiegħu kienet li jagħmel ħsara lil Lamin seħħet. Bniedem li ma ried jagħmel l-ebda ħsara ma jsuqx meta għandu persuna viċin il-vettura, meta tinsab imdendla mal-bieba, nofsha ġewwa fuq is-seat tal-passiġġier

U meta l-bieba tal-vettura għadha miftuħa beraħ u hu qiegħed jipprevjeni li
tingħalaq. L-intenzjoni ta’ Mifsud li jagħmel ħsara lil Lamin tirriżulta
meta jiġi kkunsidrat il-veloċità qawwija li saq biha, b’ Lamin jgħajjat
ghall-ghajjut hu w jipi mkaxxkar għal metri sħaħ.

Mifsud ghandu fedina penali kkulurita w twila, mżewwqa b’kull tip ta’ reati primarjament dawk relatati mad-droga kif ukoll fuq serq. Minn dan l-aġir kif jixhed il-filmat tas-CCTV, il-Qorti tikkonkludi li Mifsud ma ddejjaq xejn jipperikola hajjet Lamin.

Il-Qorti kkunsidrat ukoll il-fatt li Mifsud sar ukoll reċediv, kiuf ikkunsidrat ukoll il-fatt li Chalbi minkejja li ngħatat diversi opportunitajiet mill-Qorti u li rrendiet ukoll ruħha reċediva, ma tgħallmitx.

Il-Qorti qalet ukoll dak li ġarrab il-vittma li jitkaxxkar waqt li qed jigi jikkumbatti mal-imputat fl-isforz li jieħu lura ħwejjġu żgur se jibqgħulu tifkiriet koroh li mhux faċilment li biż-żmien jista’ qatt jitnessew. Fil-konfront ta’ Mifsud dan instab ħati wkoll li saq b’mod perikoluż.

Sfortunatament dan kollu se jħallu tifkira dejjiema fuq Lamin bil-ferita w il-farrett li din ħalliet kaġun tal-għemil diżuman, krudili w insensat tiegħu. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Fabian Fleri, Lydon Zammit u Stacey Attard.