Bulgaru mill-Marsa kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bil-mutur fil-Gżira.
Il-każ seħħ fil-17.00hrs tal-Erbgħa waranofsinhar, fl-inħawi ta’ Manoel Island wara ħabta bejn vettura misjuqa minn raġel ta’ 32 sena minn San Ġwann u mutur misjuq mill-vittma ta’ 40 sena.
Fil-post ġew msejħa uffiċjali tal-Pulizija u tim mediku tal-ambulanzi li ħa lis-sewwieq l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
//= $special ?>