Hekk kif in-numru ta’ każijiet pożittivi ta’ coronavirus madwar l-Ewropa qiegħed jiżdied, dan qed narawh ukoll fil-futbol lokali kif ukoll fil-futbol internazzjonali, speċjalment f’din il-waqfa internazzjonali.
It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena kkonferma każ ta’ plejer pożittiv bil-plejer ikollu jirtira mill-iskwadra tat-tim Malti.
L-iskwadra Taljana ta’ taħt il-21 sena wkoll kkonfermat każ pożittiv bil-plejer ikun Alessandro Bastoni ta’ Inter biex ftit wara irriżulta pożittiv ukoll l-plejer Slovakk ta’ Inter Milan Skrinar.
It-tim nazzjonali Skoċċiż ukoll kellu lil Stuart Armstrong ta’ Southampton pożittiv, bil-plejer ta’ Arsenal Kieran Tierney u l-atttakkant ta’ Celtic Ryan Christie jkollhom jitpoġġew fi kwaratnina wara li kienu f’kuntatt dirett ma’ Armstrong.
//= $special ?>