Silvio Parnis is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Anzjani u l-Persuni b’diżabbiltà ammetta l-falliment tal-Gvern meta qal li bħala pajjiż m’għandniex kontroll ta’ kemm imutu nies bil-Covid-19.
“Jien m’għandix kontroll fuq l-imwiet”
Tul il-programm Xtra fuq TVM Silvio Parnis qal li l-pandemija ma ġabiex il-Gvern Laburista… u insinwa li, kif imxew l-affarjiet, ftit li xejn seta’ jsir aktar.
“La ġibtha jiena, la ġabha l-Gvern…. dak li kellna nagħmlu għamilnih… “
Mistoqsi minn Saviour Balzan jekk hux kollox taħt kontroll… Parnis wieġeb hekk…
“Jien kont ninkwieta kieku m’għamilna xejn”
Filwaqt li tenna bosta drabi din il-frażi…
“Kieku ninkwieta kieku m’għamilna għal xejn”
Evidenti li Parnis kien skomdu bid-domandi …u qal li sa issa fid-Dar tal-Anzjani tal-Fgura kien hemm 2 imwiet anqas mis-sena l-oħra.
B’Savior Balzan jgħidlu li dan l-argument għamlu Donald Trump….
Intant Parnis għalaq l-intervista billi qal li hu mhux jinkwieta għax għamel ħafna biex jikkontrolla din l-imxija…
“Jien ninkwieta biss kieku m’għamilt xejn quddiem din il-pandemija”
//= $special ?>