Coronavirus Lokali

COVID-19: 75 każ ġdid; l-akbar żieda fi żmien xahar

Għad hemm disa' persuni fl-ITU ta' Mater Dei

Kien konfermat li fl-aħħar 24 siegħa l-każi ta’ Coronavirus żdiedu b’75. Dan filwaqt li fiequ 31 persuna.

Dawn id-dettalji ingħataw dalgħodu mill-Ministeru tas-Saħħa.

Din iż-żieda ta’ 75 każ kienet l-akbar żieda mis-16 ta’ Settembru ‘l hawn.

Fl-ITU għad hemm 9 persuni li qed jingħataw kura għall-Coronavirus, filwaqt li fl-IDU hemm 7 persuni.

Fil-Bulettin Mediku tal-lum, il-Professur Charmaine Gauci qalet li hemm 9 persuni fi swali oħra ta’ Mater Dei, 12 fl-Isptar Boffa, 18 f’St Thomas u wieħed Karin Grech.

Prof Gauci qalet li l-awtoritajiet tas-saħħa qed jinnutaw każi ta’ Covid dejjem aktar jiżdiedu.