“Minn Bernard Grech direttament, mit-tmexxija tal-Partit qed nagħtu sinjal li rridu l-għaqda u għandna bżonn it-talenti kollha fi ħdan il-PN on board, on deck. Huwa l-Partit Nazzjonalista li ħareġ rebbieħ.”
Sostna dan is-Segretarju tal-Partit Nazzjonalista, Francis Zammit Dimech, meta kien intervistat fuq il-programm Xtra, fuq ix-xandir nazzjonali, bid-diskussjoni tiffoka fuq il-ħatra ta’ Kap tal-Oppożizzjoni ġdid.
“Bernard Grech konxju li aħna rridu nitkellmu fuq il-ħtiġijiet tan-nies.Il-ħtiġijiet jinkludu, iva, il-kwalità tal-ħajja, li tara jekk il-pensjonanti f’pajjiżna jekk hux qed ilaħħqu mal-bżonnijiet tagħhom, il-ħtiġijiet jinkludu l-effett tal-pandemija fuq id-dinja tax-xogħol, anki bħala riżultat tal-pandemija, kif il-Gvern ikun kapaċi jiġġenera l-ekonomija u jagħmel il-ħajja aħjar.”
Iżda dan m’għandux isir a skapitu li l-Partit Nazzjonalista jonqos milli jitkellem fuq il-korruzzjoni li ħakmet dan il-gvern u l-effett tagħha fuq ħajjet il-poplu:
“Il-mument li jibdew jaraw u issa bdew jaraw li dik il-korruzzjoni qed tfisser inqas flus għalihom fil-bwiet tagħhom. Mela issa l-korruzzjoni hija importanti.”
Dan qed jinkiseb bil-motivazzjoni li dak li qed isir, qed isir b’ġenwinità għall-ġid tal-Partit Nazzjonalista u l-pajjiż:
“Bernard Grech. Hu l-għajta tiegħu hi bl-aktar mod assolut favur li jkun hemm l-għaqda, li niġġeddu u fl-aħħar mill-aħħar noffru l-opportunità li jkollna gvern alternattiv. Partit li għandu jkun rebbieħ.”
Fakkar kif il-Partit Laburista għadda ukoll minn esperjenzi ta’ riżenji wara tiġrija għat-tmexxija, tant li l-Membru Parlamentari, Joe Debono Grech, kien irriżenja mal-ħatra ta’ Joseph Muscat bħala Mexxej Laburista.
F’dan il-programm ipparteċipa ukoll l-Ministru Ian Borg, fejn qal li jrid jirrispetta l-ambjent:
“Iva jekk ikun hemm bżonn aktar attenzjoni għall-ekonomija, iva imma b’rispett lejn l-ambjent.”
U meta Zammit Dimech għamel referenza għat-talba tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista biex tinfetaħ inkjesta pubblika fuq il-power station tal-Electrogas, Ian Borg qal li Bernard Grech qed jagħmel dan għax-shows:
Huwa spicca jinnegga l-mod kif il-Partit Laburista ħammar wiċċ pajjiżna mal-4 irjieħ tad-dinja:
“Lanqas hawn din id-dalma illi tpenġi l-midja tradizzjonali u uħud, gruppi żgħar, fuq il-mezzi soċjali. (…) Ħa nerġa’ ngħidlek. Jiena kburi b’dak kollu li għamel l-eks Prim Ministru, Joseph Muscat.”
Dan meta l-Gvern Laburista kien mifni bi skandli kbar u anki mċappas ma’ assassinju makabru, bil-konsegwenza li Joseph Muscat, mhux biss irriżenja minn Prim Ministru f’Diċembru li għadda, iżda t-Tnejn rriżenja minn Deputat Parlamentari, ftit gimghat bogħod mit-test tal-Moneyval.
//= $special ?>