Il-Bank of Valletta, permezz ta’ stqarrija, informa lill-pubbliku, b’mod speċjali lill-klijenti, li l-Fergħa tal-bank fil-Ħamrun ingħalqet temporanjament wara li llum wieħed mill-impjegati rriżulta pożittiv għall-COVID-19.
Il-bank avża li l-fergħa se tiġi ffumigata skont il-gwidi tal-Awtoritajiet tas-Saħħa u terġa’ tiftaħ meta taċċerta li l-fergħa hija sigura. B’hekk tħares is-saħħa tal-klijenti kif ukoll tal-impjegati tal-Bank.
F’każ li jkun hemm xi individwi li setgħu ġew esposti għall-virus, BOV qalet li dawn se jiġu infurmati mill-Awtorità tas-Saħħa, bħala parti mill-protokoll tal-contract tracing.
Il-klijenti tal-bank huma mħeġġa mezzi bankarji alternattivi li toffri filwaqt li jsegwu l-prekawzzjonijiet neċessarji meta jżuru l-bank bħaż-żamma tad-distanza soċjali, l-ilbies tal-maskri kif suppost u l-użu tal-hand sanitiser.
//= $special ?>