Ambjent Lokali

Il-Gvern jiffirma l-ftehim tal-Miżieb u l-Aħrax minn wara dahar il-mezzi tax-xandir

L-iffirmar tal-ftehim kien skedat

Biex jevita li jiltaqa’ mal-attivisti tal-Birdlife, il-Gvern iffirma dan il-ftehim jumejn qabel il-ġurnata skedata f’lukanda ewlenija flok fil-Miżieb mingħajr ma sejjaħ il-ġurnalisti u l-media bħalma jagħmel dejjem.

Dan sar magħruf permezz ta’ stqarrija mibgħuta mid-Dipartiment tal-Informazzjoni l-Ġimgħa waranofsinhar fejn jidhru l-Ministri Ian Borg, Clint Camilleri, Aaron Farrugia u Chris Agius jippresjedu l-iffirmar tal-ftehim fir-ritatti mibgħuta.